IS-SANTA SEDE TIĊĊARA B’MOD DEFINITTIV L-GĦAQDA SĦIĦA TA’ L-OFS FL-ITALJA.

Bir-Regola ta’ Papa Pawlu VI u l-Kostituzzjonijiet Ġenerali, l-Ordni Franġiskan Sekular ingħaqad f’wieħed u spiċċaw id-distinzjonijiet li kienu jeżistu bejn l-“obbedjenzi”. Waqt li din l-għaqda seħħet fi ftit żmien fil-pajjiżi kollha tad-dinja, fl-Italja 4 reġjuni minn 20 kienu għadhom ma waslux għal għaqda minkejja s-sentenza ta’ l-2003 tal-Kongregazzjoni ta’ l-Istituti tal-Ħajja Konsagrata. L-istess Kongregazzjoni fit-18 ta’ Ġunju 2008 ħarġet dokument biex tkompli tiżgura li din l-għaqda sseħħ mill-aktar fis.
Biex taqra dan id-dokument, żur http://www.ofs.it/archiviodocumenti/Documenti%202007-2010/archivio2007_2010/Congregazione/LETTERA%20CIVCSVA%2018%20GIUGNO%202008.pdf